Ahbar Tajba

Local Councils Association Malta
4 min readMay 10, 2020

--

Kilometri ta’ spazji pubblici b’rotot ghall-l mixi, ciklizmu u spazji mitfuha ghar-residenti zghar u kbar fil-lokalitajiet taghna.

Kienu ftit l-ahbarijiet tajba li smajna fil-media internazzjonali u anke lokali tul dawn l-ahhar gimghat. Il-pandemija li laqtet lil kull pajjiz qed thalli herba ekonomika u finanzjarja, biex ma nsemmux tbatijiet emozzjonali u mentali ghal miljuni li spiccaw minghajr impjieg, imbeghdin mill-gheziez taghhom u specjalment ghal dawk li spiccaw tilfu membri familjari milquta b’dan il virus.

Waqt li l-gvernijiet Ewropej qeghdin b’ kawtela jirillaxaw il-mizuri t’a lock downs u fabbriki, hwienet u ristoranti qeghdin jergaghu jibdew l-attivitajiet kummercjali, it theddida ta’ dan il- Virus ghadu hemm u il-pandemija ser tibq’a fostna sakemm jinstab vaccin li jkun disponibbli ghal- popolazjoni mondjali. Skont previzjonijiet xjentifici dan il-process ser jiehu madwar sena jew iktar. Probabbilment, iktar ahbarijiet xejn sbieh ser jibqghu maghna ghal xi zmien, specjalment ghal sezzjonijiet tan-negozji u impjiegi li gew l-iktar milquta minn din ir-realta’.

“Mix-xewk johrog il-ward” jghid il-Malti. Fl-isfond ta’ din it-tbatija ta’ hafna min djarhom li kellhom jaddottaw il-hajja taghhom ghal dawn ir-realtajiet il-godda, tnislet realizzajoni jew almenu dubju li forsi il-mod u l-istil ta’ hajja li kellna sa Frar li ghadda ma’ kienx wiehed sostenibbli.

It-toroq battala, b’centri urbani fi skiet mhux tas soltu, gabu maghhom titjib fil-kwalita’ tal-arja u nuqqas ta’ storbju eccessiv. In nies, li qed iqattghu gtal-hin taghom f’darhom fitxew pajsaggi naturali u spazji miftuha biex setghu jaghmlu ftit ezercizji fizici. In-negozji u il-hwienet lokali regghu hadu spinta u kienu essenzjali ghall- anzjani u l-familji taghna billi wasslu ix-xirjiet lir-resident taghna fi djarhom. Il-komunitajiet taghna fil-lokalita saru iktar kompatti. Eluf ta’ zaghzagh offrew il-kontribut taghhom fil-volontarjat. Il-genituri qattghu iktar hin mat-tfal taghom u hafna kumpaniji u istituzzjonijiet irrealizaw illi hafna mill-laqghat li kien jikkawza vjaggar bl-art u bl-ajru jista jkun evitat.

Dan kollu qieghed joffri opportunita unika ghal kull gvern. Bhal qatt qabel, in nies huma konxji u ghattxana ghal soluzjonijiet fi- qasam ambjentali u t-titjib tal-kwalita tal-hajja. L-Accocjazjoni Kunsilli Lokali nediet vizjoni l-ahhar t’ Ottubru mibni fuq erba pilastri — It transport sostenibli, l-ispazji urbani miftuha, l-infrastruttura hadra u bliet inteligenti. Dawn l-argumenti saru ta’ importanza kbira f’dan iz zmien. Dan huwa dak li qed jitkellem fuqu kulhadd u dak li jridu r-rersidenti taghna.

Waqt li ghaddejjin bi preparamenti ta’ dokumenti li ghandhom iservu ta’ linji gwida ghal kunsilli taghna biex tikber id-diskussjoni u il-partecipacjoni. Ma nistghux nonqsu li ninutaw li l-bzonn urgenti ghal iktar spazzju miftuh u pubbliku kiber minhabba l-mizuri mehtiega u imposti tas-social distancing. Wara li tkellimt mall-Ministru Ian Borg, li kkonferma mmedjatament b’entuzjazmu is-sosten ta’ Transport Malta, u il-Ministeru ta’ Transport, tlabna lill- Kunsilli Lokali biex jikkonfermaw l-interess taghom li nibdew naghtu lura spazju urban lir residenti. L-appogg tal-Ministru ghall-Kultura u Gvern Lokali, Dr. Jose Herrera, kien ukoll inkoragganti u wieghed l-impenn tieghu f’ dan il-progett.

Pozittiv hu l-fatt li fl-ewwel tlett ijiem minn meta tkellimna dwar dan il-progett, sittax-il kunsill lokali ikkonfermaw l-interess taghhom li jkun parti minn din l-inizjattiva, li m’ ghandix dubju li ser ikun biss il-bidu ta’ tibdil fil-mentalita tar-resident taghna u li ser ibiddel ghal ahjar il-lokalitajiet li nghixu fihom kif ukoll isarraf fi kwalita ta’ hajja ahjar. Zdiedu maghhom numbru ta’ NGOs u ghaqdiet mhux governattivi. Ser inkunu qed nitgholbu ukoll l-involviment tal-Ministeru ghall-Ambjent, il-Ministeru ghat-turizmu u dak tas-Sahha sabiex nassiguraw li dan ikun progett Nazzjonali u tar-Resdienti kollha..

Ser nibdew bi progett pilota. Meghjjuna minn esperti fl-arkitettura urbana, il-kunsilli lokali ser ifasslu pjan temporanju biex jinholqu rotot pedonali fejn ir-resident jista jaghmel passigata fil-lokalita tieghu b’mod sigur u minghajr karozzi, rottot ghac-ciklisti u spazji miftuha ohra ghall-ezercizji fizici. Nixtiequ naraw mil- gdid it-tfal jilghabu fit-toroq taghna u l-anzjani lura fil-pjazzez taghna. Dan filwaqt li nsegwu l-istruzjonijiet tad-dipartiment tas-sahha ghal social distancing u nevitaw kuntant fiziku u folol.

Kienu hafna esperti li tkellmu u wissew b’perikli ta’ pandemiji modjali f’dawn l ahhar snin. Sfortunatament, kif jigri spiss, dawn it-twissijiet jaqghu fuq widnejn torox. Hemm twissijiet ikbar fil- kamp ambjentali. Ghadu mhux tard wisq imma din id-darba il-bidla trid tibda mil qiegh u mhux minn fuq.

Mario Fava

Published on it- Torca — 10th May 2020

Photo by camilo jimenez on Unsplash

--

--

Local Councils Association Malta
0 Followers

Our role is to offer a shared vision for an improved quality of life of residents in their localities.